Kunsill Lokali Ħal Għaxaq

Picture1

Din il-websajt hi ħolqa bejn il-ġenituri u wliedhom biex ikunu jistgħu jsegwu l-attivitajiet organizzati għat-tfal mill-Kunsill Lokali Ħal Għaxaq.

Dan qiegħed iseħħ fuq inizzjattiva tal-kunsilliera Marianne Schembri li hi responsabbli mit-taqsima Edukazzjoni u Sports.

pta_20kids_20clipart_small

Kors għall-Ġenituri dwar il-Matematika

Il-Fondazzjoni Għal Servizzi Edukattivi (FES) flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq ser torganizza kors ta’ taħriġ dwar il-Matematika għall-ġenituri/carers jew nanniet li jieħdu ħsieb tfal ta’ bejn Kinder 2 u Year 2.

Flimkien mat-tutor mill-FES ser niddiskutu kif il-ġenitur/carer jista’:

  •  jitgħallem iktar dwar il-metodu tal-matematika;
  •  jiskopri u joħloq attivitajiet u logħob edukattivi, prattiċi u ta’ gost;
  •  jħeġġeġ lit-tfal jipprattikaw aktar il-metodu l-ġdid fit-tagħlim tal-Matematika.

Ġurnata: L-Erbgħa
Post: Sala Nazaret, Ħal Għaxaq
Ħin: bejn il-5.45 u s-7.45 ta’ filgħaxija
Skeda: Jannar : 22, 29 Frar: 5, 12, 19, 26 Marzu: 5, 12
Ħlas: €15 għall-ġenitur/carer
€22 għal koppja ġenituri/carers

Jekk għandek mistoqsijiet ta’ kif inti tista’ tgħin it-tfal id-dar tħajjar u applika! Imla l-formola t’hawn taħt u
ibgħatha flimkien mal-ħlas b’ċekk lil:
FES,
Attn: Muriel Grech,
P.O.Box 1
Rabat RBT 1000
sa mhux iktar tard minn nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar 2014.

Jekk in-numru ta’ nies rikjest ma jintlaħaqx, il-kors jista’ ma jsirx iżda min ikun applika jkun avżat dejjem. Għal
aktar tagħrif dwar il-kors, ċempel lil Muriel Grech fuq 2258 6828 jew ibgħat email fuq muriel.grech@gov.mt

Applikazzjoni Maths Ghaxaq Jannar 2014 (1)